Immaniġjar tal-Helpline Nazzjonali tat-Tossikoloġija: Nirrispondu għal mistoqsijiet minn professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-pubbliku, dwar esponimenti għal-veleni, fuq il-helpline nazzjonali tat-tossikoloġija: 1774.
Ġbir ta’ dejta: Inżommu rekords ta’ każijiet ta’ espożizzjoni għall-veleni, inkluż id-demografija, is-sustanzi involuti, u l-eżitu ta’ dawn il-każijiet.
Tossikoviġilanza: Ninterpretaw id-dejta miġbura, biex nidentifikaw u nevalwaw ir-riskji tossiċi attwali fil-komunità, u nesploraw miżuri biex jittaffew.
Edukazzjoni Formali: Nikkollaboraw ma’ istituzzjonijiet edukattivi, bħall-Università, u sptarijiet biex tiġi żgurata edukazzjoni kontinwa fit-tossikoloġija lil diversi professjonisti.
Kampanji edukattivi: norganizzaw kampanji ta’ għarfien għall-pubbliku u programmi ta’ taħriġ dwar il-prevenzjoni ta’ avvelenament, u miżuri tal-ewwel għajnuna.
Riċerka: Biex nibqgħu aġġornati dwar l-aħħar żviluppi fil-qasam tat-tossikoloġija, u jiġu ppreparati linji gwida dwar l-immaniġġjar ta’ avvelenamenti differenti.
Kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra: Naħdmu ma’ aġenziji governattivi, entitajiet tal-kura tas-saħħa, u ċentri tat-tossikoloġija oħra, biex naqsmu informazzjoni, nikkordinaw ir-rispons għal aċċidenti kimiċi, u nipprovdu pariri esperti dwar protokolli ta’ dekontaminazzjoni u trattamenti.